235 ħaddiem tal-kuntratturi fil-Wasteserv se jibdew igawdu minn serħan il-moħħ wara li l-kumpanija aċċettat li dawn jingħataw kuntratti indefiniti ta’ xogħol.
Dan se jwassal għal titjieb fil-kundizzjonijiet ta’ dawn il-ħaddiema. Fl-2016, Gvern Laburista kien wasal għal ftehim li permezz tiegħu minn kuntratt ta’ 6 xhur, il-ħaddiema bdew jingħataw kuntratt ta’ tliet snin, biex wara intlaħaq dan il-ftehim, li jwassal biex ħaddiema tal-Gvern u ħaddiema tal-kuntrattur li jaħdmu mal-Wasteserv ikollhom kuntratt indefinit.
Dan tħabbar mill-Ministru għall-Ambjent, José Herrera fl-impjant tal-Wasteserv f’Wied il-Għajn. Il-kumpanija Wasteserv hija fost l-ewwel entitajiet pubbliċi li qed twettaq il-viżjoni tal-Gvern li ħaddiema tal-kuntratturi jgawdu minn kuntratti indefiniti ta’ xogħol.