Stqarrija miċ-chief of staff tal-Uffiċju tal-Prim Minsitru
Wara iktar minn sena jagħmel akkużi gravi fil-konfront ta’ Keith Schembri, sa din il-ġimgħa stess, il-Kap tal-Oppożizzjoni llum reġa’ għal darb’oħra sab skuża biex ma jixhidx bil-ġurnament f’Qorti miftuħa, fejn ikun jista’ jġib il-provi tal-akkużi li għamel, f’libell li fetaħlu ċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru.
Meta l-aħħar li ltaqgħet il-kawża, il-Kap tal-Oppożizzjoni qal li nesa x’qal dwar Keith Schembri. Illum iddeċieda li b’mod konxju u orkestrat isib mod kif jevita li jidher f’Qorti miftuħa. Minflok, għażel li jmur jixhed quddiem Qorti oħra fil-magħluq. Tal-inqas qed jirrikonoxxi li l-inkjesta li fetaħ il-Prim Ministru hija serja, altru milli fażulla kif qal fl-aħħar jiem.
Dan huwa aġir ta’ politiku bla skrupli li jallega u jfajjar bl-addoċċ u meta jiġi għall-ħin tal-prova jara kif jaħrab milli jwieġeb.