Dalgħodu l-Kap tal-Oppożizzjoni anke dwar iż-żieda fil-paga minima kien negattiv. Qal li Joseph Muscat, il-Prim Ministru li gwida d-diskussjonijiet biex jintlaħaq ftehim bejn l-imsieħba soċjali, qed jiftaħar b’rix ħaddieħor. Hu qal dan meta mistoqsi dwar il-kampanja li kien għamel qabel l-2013 meta qal li Joseph Muscat jiffriża l-paga minima.
Kien fi żmien l-aħħar baġit li Joseph Muscat ħabbar li wasal iż-żmien li tiżdied il-paga minima minħabba l-klima ekonomika tajba fil-pajjiż. U minn hemm imbotta għal ftehim bejn l-imsieħba soċjali. Kien għamilha ċara li ried kunsens iżda f’każ li ma jkunx hemm il-gvern jieħu d-deċiżjoni.
Iżda, għal Kap tal-Oppożizzjoni Joseph Muscat m’għandu ebda mertu.
Fl-aħħar snin il-gvern ħa diversi miżuri fejn refa’ hu żidiet fid-dħul għal dawk bi dħul baxx.