Għada l-Kap tal-Oppożizzjoni, Simon Busuttil, se jidher quddiem il-Maġistrat li qed imexxi l-inkjesta dwar l-allegazzjonijiet fil-konfront tal-Prim Ministru u martu.
Il-Maġistrat sejjaħ lil Simon Busuttil wara rikors li ressaq iktar kmieni llum. Rikors li fih ippreżenta d-diskors tiegħu lbieraħ.
Kemm il-Prim Ministru kif ukoll iċ-chief of staff tal-Prim Ministru, li fil-konfront tagħhom qed isiru allegazzjonijiet ġodda, laqgħu l-aħbar li Busuttil issa sejjer għand il-maġistrat.
L-inkjesta saret fuq talba tal-Prim Ministru li dejjem sostna li fuq dan il-każ huwa l-iktar wieħed li jrid li toħroġ il-verità.