Il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil huwa sid ta’ tlett kumpaniji, li nħolqu biex jirbaħ kuntratti tal-gvern. Fi-dokumenti uffiċjali tal-kumpanija jingħad li jeżistu wkoll biex jieħdu l-commissions u s-senseriji.
Busuttil mhux biss kien azzjonist ta’ GS Limited, GS Services Limited u Mediterranean Waste Services Limited, u allura jieħu l-qliegħ minnhom, iżda kien anka direttur tagħhom sal-2013.
Dan ifisser li fl-istess żmien meta Simon Busuttil kien Membru Parlamentari Ewropew, delegat speċjali ta’ Lawrence Gonzi u saħansitra Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista – kollha pożizzjonijiet ta’ poter u li kellhom influwenza kbira fuq id-deċizjonijiet tal-gvern, Simon Busuttil kien imexxi ukoll dawn il-kumpaniji privati li kienu jieħdu l-kuntratti tal-gvern.
F’konferenza tal-Partit Laburista l-Ministru Edward Zammit Lewis stqarr li Simon Busuttil kien f’pożizzjoni fejn seta’ faċilment abbuża minn dan il-poter.