Simon Busuttil ikkonferma li m’għandu ebda intenzjoni jippublika l-invoices foloz tal-grupp DB.
Kien mistoqsi jagħmel dan f’ġieħ il-kredibiltà, issa li issa nafu li għandu kumpaniji li nħolqu biex jiggwadanjaw minn kuntratti mal-Gvern.
Però mir-risposti li tista tara hawn, la se naraw invoices foloz ippublikati, u wisq inqas dettalji dwar kif għadu shareholder ta’ kumpaniji li kellhom interessi f’oqsma differenti, fosthom iż-żibel.
Daħlet kexxun mara partikolari li b’kummenti bħal “xi ġmiel ta’ raġel” ħadet lil Simon lejha u bogħod mill-iskrutinju tal-mezzi tax-xandir, li għandhom ħafna domandi mhux imwieġba.