Raġel mit-Tajlandja ffilmja lilu nnifsu joqtol lit-tifla tiegħu, li kienet għadha biss tarbija, u wara lilu nnifsu f’lukanda abbandunata f’Phuket. Qed jingħad li hu għamel hekk wara argument serju li kellu ma’ martu.
Kopja tal-filmat li ttella’ fuq Facebook għadu qed idur fuq il-midja soċjali.
Kmieni dan ix-xahar, Facebook ħalef li se jkun qed jara li l-filmati li jittellgħu se jkunu qed jiġu mmoderati, dan wara li filmat ta’ raġel Amerikan jidher joqtol raġel fi Cleveland tħalla onlajn għal diversi sigħat.
Kienu tal-familja li raw il-filmat u nfurmaw lill-Pulizija b’dak li kien seħħ.