Statistika maħruġa mill-Eurostat għas-sena li għaddiet turi li Malta kellha fost l-ikbar tkabbir fir-rata ta’ impjiegi fost il-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea.
Aktar minn hekk, Malta tinsab ftit ‘il bogħod milli tilħaq il-miri Ewropej għar-rata ta’ impjiegi sas-sena 2020. Ninsabu biss 0.4% ‘il bogħod.
Dejjem jifdal fejn pajjiżna jitjieb, bl-aktar punt fejn teħtieġ enfasi jibqa’ l-fatt li hemm ferm iktar irġiel milli nisa fis-suq tax-xogħol.