Wara li ddeċidiet li tiffoka aktar fuq il-karriera bħala attriċi u mhux bħala mudella, Cara Delevigne, issa ntlemħet mingħajr xagħar. Dan hekk kif issa qaxxret xagħarha għall-irwol ġdid tagħha fil-film Life in a Year, fejn l-irwol tagħha se jkun ta’ mara li qed tmut.
Tul dawn l-aħħar xhur il-midja setgħet tara lil Cara tbiddel id-dehra tagħha minn xagħar bjond twil għal wieħed qasir ħafna sa ma’ fl-aħħar qaxxritu kollu.
L-artista li għandha biss 24 sena intlemħet dieħla fuq is-set tal-film f’Toronto, għal ġurnata mimlija daqs bajda biex jibda l-iffilmjar ta’ dan il-film emozjonanti u romantiku li fih se jkun hemm ukoll l-artist famuż Jaden Smith, it-tifel ta’ Will Smith.