Dal-lejl beda l-proċess biex jiġi nstallat il-pont tal-Imrieħel li x-xogħol fuqu se jkun qed isir matul din il-ġimgħa.
Kien propju bejn it-20:00 ta’ dal-lejl u s-1:00 ta’ filgħodu, li trakkijiet ġarrew l-pont minn Ħal Far sal-Imrieħel.
Illum se jkun qed jibda t-twaħħil tal-pont fuq il-bypass tal-Imrieħel fid-direzzjoni ta’ Ħ’Attard. Ix-xogħol se jkun qed jibda bejn it-20:00 ta’ filgħazija u mistenni jieqaf għall-ħabta tal-5:30 ta’ filgħodu. Għalekk, parti mill-bypass direzzjoni lejn ħ’Attard se tkun magħluqa għat-traffiku matul da nil-ħin.
Ix-xogħol ta’ fuq il-pont se jkun qed ikompli bejn it-20:00 ta’ filgħaxija fejn se jkun qed jitwaħħal il-pont fuq iż-żewġ naħat tal-bypass. Għalekk il-bypass se tkun qed tingħalaq matul il-lejl miż-żewġ direzzjonijiet. It-triq se tkun qed tinfetaħ għat-traffiku fil-5:30 ta’ filgħodu.
Is-sewwieqa huma avżati biex isibu rotta alternattiva.