Is-Sigurtà Nazzjonali hija prijorità b’mod partikolari fl-ambitu tal-klima internazzjonali. Dan qalu l-Ministru Carmelo Abela fit-tnedija tal-pjan strateġiku tal-Forzi Armati ta’ Malta. Dan il-Gvern fil-programm elettorali tiegħu wiegħed li jimmodernizza l-Forzi Armati ta’ Malta għal tisħiħ fil-ħarsien tal-fruntieri tal-pajjiż.
Erba’ snin wara, ġew investiti iżjed minn €75 miljun kemm minn fondi lokali u fondi Ewropej.
Dan il-Gvern wiegħed mhux biss Armata moderna għal preżent iżda Armata li tipprepara għall-isfidi tal-futur. Illum tħabbret it-twettiq ta’ proposta oħra fil-manifest elettorali, dik li “Gvern ġdid iħejji pjan strateġiku u operattiv bil-għan li jiġi definit b’aktar rilevanza l-għan u l-iskop tal-Forzi Armati f’realtajiet nazzjonali, reġjonali, Ewropej u mondjali ġodda”.
Għall-ewwel darba tħejja dokument strateġiku li qed jiġi ippreżentat li jkopri terminu mill-2016 sa 2026. Fuq perjodu ta’ għaxar snin sħaħ ġew stabbiliti il-kriterji ta’ standards li għandha tilħaq u taħdem fuqhom l-Armata sabiex tibqa tipprovdi l-ogħla servizz.
Dan il-pjan għandu bħala l-punt fokali tiegħu l-identifikazzjoni u l-evalwazzjoni tar-riżorsi meħtiega biex il-Forzi Armati jaqdu aħjar l-eżiġenzi tà pajjiżna, kif ukoll it-titjib fil-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-Forzi Armati.
Rwoli, Missjoni u Vizjoni tal FAM
Ir-rwoli tal Armata ġew riveduti biex jirriflettu ir-realtajiet tal lum.
Bdew mill-bażiku fejn ġie stabbilit il-Mission Statement bil-viżjoni li: “Inkomplu naħdmu biex ikollna Forza Moderna, iddixxiplinata, motivata u imħarrġa tajjeb, li tkun tista taqdi id-dmirijiet tagħha b’mod effiċjenti kemm f’Malta kif ukoll barra min xtutna”.
Miżuri għad-disa’ snin li ġejjin
- Tiġdid tal-Uffiċini tal-FAM
- Hemm problema ta spazju f’ċertu taqsimiet tal-FAM, bħal Headquarters fejn hemm bżonn li l-membri tal-Forza jkollhom post aħjar.
- Reviżjoni tal-Liġijiet li jirregolaw il-FAM
- Għaddej eżerċizzju intensiv biex il-liġijiet li jirregolaw il-funzjoniet u l-operat tal- FAM jiġu mġedda. Ta’ prijorità biex jitjieb l-operat u l-amministrazzjoni.
- Taħriġ ulterjuri
- Ghalkemm saru avvanzi kbar fit-taħriġ tal-Forza hemm pjani li dan it-taħriġ ikompli jissaħħaħ f’formi differenti inkluż taħriġ iktar prattiku u konġunt ma aġenziji lokali u anki internazzjonali.
- Laneċ għall-FAM
- Bħalissa għaddejin il-preparamenti biex tinxtara lanċa oħra ghall-Iskwadra Marittima, Offshore Patrol Vessel, investiment ta’ €38 miljun Ewro minn fondi Ewropej biex il-FAM tkun tista taqdi aħjar id-dmirijet tagħha fuq il-baħar.
- Ċentru tal-Operazzjonijiet; minħabba l-eżiġenzi tas-Servizz, kif ukoll peress li dan iċ-ċentru tal-Operazzjonijiet huwa in-nukleu tal-operazzjonijiet tal-FAM qed tinħass il-ħtieġa li jinbena ċentru ġdid biex jaqdi aħjar il-funzjonijiet meħtieġa mill-FAM. Dan il- proġett mistenni jkun mgħammar b’teknoloġija iktar avvanzata.
- Modernizzar tal-Armi tal-FAM; minħabba li ċertu sistemi tal-Armi personali tas-suldat huma kemm xejn antikwati hemm pjani biex l-armi jinbidlu għal sistemi iktar moderni u iktar effettivi. Wieħed irid jikkunsidra li dawn is-sistemi tal-armi jridu jkunu wkoll kompatibbli ma sistemi li jintużaw min pajjiżi li il-FAM topera magħhom.
- Sistemi tad-difiża oħrajn; hemm ħsibijiet biex isiru studji għall-aħjar mod biex is-sistema tad-difiża tal-ajru tà Malta tiġi imtejba. Din tirrikjedi iżjed investiment.
- Tiżdied il-protezzjoni taż-żoni maritimmi; hija realtà li parti sostanzjali mill-ekonomija tà pajjiżna hija iffukata fuq il-baħar. Għalhekk il-FAM għandna tagħmel iktar sforzi biex jiġu sorveljati b’mod aħjar iż- żoni marittimi tà pajjiżna. Din il-protezzjoni tinkludi ukoll sorveljanza għall-diżastri ekoloġiċi, ħarsien tà attivitajiet kummerċjali bħal sajd, kif ukoll sorveljanzi tal-fruntieri għal skopijiet illiċiti.
Il-Ministru qal li jemmen li l-FAM permezz tà dan id-dokument strateġiku qed tilħaq mira oħra importanti bħala parti mill-kullana ta’ miżuri li qegħdin jiġu implimentati għal Armata Moderna.