Ryan Anderson, ġuvni Awstraljan li jgħid li hu l-iktar persuna li jħobb il-klieb u juri dan billi ta kull jum isalva klieb minn sitwazzjonijiet diffiċli.
“Il-fultajm tiegħi hu li nsalva l-klieb u hi karriera li ma nibdel ma xejn. Din hi l-passjoni tiegħi u kif ukoll il-passatemp. Ħajti kompluta bis-saħħa tal-klieb,” qal dan Anderson.
Filwaqt li qed jimmira biex jgħin kemm jista’ annimali, hu personali għandu biss żewġ pets – kelb tar-razza Rottweiler u qattus bl-isem ta’ Krumm.
“Nixtieq ħafna li nista’ nżomm iktar, iżda l-ħsieb tiegħi hu li inqas ma jkolli annimali, iktar inkun nista’ nżomm annimali għandi sakemm isibu dar li tixraqilhom,” sostna hu.
Hu qal “għandi ħolma li xi darba jkolli organizzazzjoni tiegħi li ssalva klieb u kif ukoll tgħinhom isibu familja li tħobbhom.”