Agressivi u konfrontattivi. Kienet din l-attitudni li ħadu l-kelliema fil-Mass Meeting tal-Partit Nazzjonalista fil-Belt Valletta, il-Ħadd wara nofsinhar. Mass meeting li ssejjaħ minn Simon Busuttil fuq allegazzjonijiet ta’ Daphne Caruana Galizia li issa kienu provati li huma foloz.
“Itlaq il-barra issa” qal Simon lill-Prim Ministru.
Filwaqt reġa’ ma ressaq ebda prova biex jissotanzja l-argumenti tiegħu, prova jdaħħal lill-President tar-Repubblika ta’ Malta fid-dibattitu partiġjan.
Għal darb oħra reġa’ appella għall-informazzjoni.
Marlene Farrugia, waħda miż-żewġ kapijiet tal-koalizzjoni, kellha dikors mibni fuq asserzjonijiet żbaljati, kellha tislima speċjali għal Daphne Caruana Galizia. Li sforz il-gideb fl-artikli tagħha hija suġġett ta’ għadd kbir ta’ libelli.
Tkellem ukoll Michael Briguglio li filwaqt li ġġustifika n-nuqqasijiet ta’ żmien amministrazzjonijiet preċedenti nazzjonalista attakka l-inkjesta tal-maġistrat inkwirenti u s-sistema ġudizzjarja f’pajjiżna. Sejħilha “inkjesta fażżula”.
Kontinwament Briguglio qabbel lil Malta mal-agħar fid-dinja, bi kliem bħal “Banana Republic” u “Żimbabwe”.
Iżda, imbagħd, għas-serħan il-moħħ tan-nies, temm jgħid “aħna m’aħniex boloh.”