Sala mimlija delegati tal-Konferenza Ġenerali tal-Partit Laburista tat merħba mill-isbaħ lill-Prim Ministru Joseph Muscat meta llejla attenda għat-tieni s-sessjoni plenarja.
Fl-istess sala li ratu jinħatar mexxej u jibdel il-Partit Laburista f’wieħed rebbieħ li heżżeż l-establishment ta’ dan il-pajjiż Muscat intlaqa’ b’ċapċip f’mument fejn hu u l-familja tiegħu jisabu taħt l-attakk tal-ikbar gidba politika fl-istorja politika Maltija.
Għal darb oħra spikkat it-tislima serena tal-mexxej :aburista li poġġa bilqiegħda biex ikompli jsegwi l-interventi tad-delegati.