Il-kumpanija Nexia BT, li l-managing partner tagħha hu Brian Tonna, iddikjarat li qed toffri l-appoġġ sħiħ tagħha għall-bidu tal-investigazzjoni dwar l-allegazzjonijiet li saru f’dawn l-aħħar sigħat b’relazzjoni ma’ min hu s-sid tal-kumpanija Egrant u kif ukoll allegazzjonijiet relatata ma’ flejjes kbar li allegatament ġew trasferiti minn kont bankarju ta’ persuni konnessi mal-politika fl-Ażerbaijan.
Dan intqal fi stqarrija mibgħuta mill-istess kumpanija fejn intqal li l-kumpanija tinsab konvinta li l-investigazzjonijiet se jkun qed jistabbilixxu, darba għal dejjem, li dawn l-allegazzjonijiet li qed isiru fil-konfront tagħhom huma foloz.
Il-kumpanija qalet li hi lesta li tikkopera b’mod sħiħ mal-awtoritajiet u lesta li tagħmel il-parti tagħha biex timxi ma’ dak li titlob il-liġi.