Il-Pulizija ssiġġilat il-bank Pilatus biex il-Maġistrat Inkwirenti li nħatar biex jinvestiga l-allegazzjonijiet fil-konfront tal-Prim Ministru jkun jista’ jwettaq ħidmietu. Kien il-Prim Ministru li lbieraħ iddikjara li l-konsulenti legali tiegħu talbu lill-Kummissarju tal-Pulizija biex il-Maġistrat tal-Għassa jibda investigazzjoni. Investigazzjoni li kollox jindika li nbdiet.
Il-Prim Ministru ħa dan il-pass wara li ċaħad kull allegazzjoni li kien hemm fil-konfront tiegħu u ta’ martu f’dik li ddeskriva bħala l-ikbar gidba politika. Ħabbar ukoll li se jieħu passi legali.