L-agressur li nqatel b’tiri lbieraħ filgħaxija f’Pariġi kien indentifikat minn karti li ħalla fil-karozza, iżda l-awtoritajiet Franċiżi għadhom ma ħarġux ismu. Kellu 39 sena u kien jgħix fil-periferiji ta’ Pariġi, u kien meqjus li għandu potenzjal ta’ Iżlamist radikali. Huwa qatel Pulizija u darab tnejn oħra, qabel inqatel hu minn forzi tas-sigurtà f’Champs-Elysees.
Il-President François Hollande mistenni mistenni jindirizza laqgħa tal-Kabinett dwar is-sigurtà, qabel nhar il-Ħadd issir elezzjoni Presidenzjali.
Fir-ritratt jidhru nies b’idejhom ‘l fuq mixjin lejn il-forzi tas-sigurtà wara li seħħ l-isparar. Huma inzertaw fuq il-post waqt l-isparar tard filgħaxija.