Il-Ministru fl-Uffiċju tal-Prim Ministru Konrad Mizzi rrefera għal allegazzjoni li għamlet Daphne Caruana Galizia llum, fejn kompliet tgħid li Hearnville Inc għandha kontijiet f’Pilatus Bank f’Malta u f’bank f’Dubai.
Dawn l-aħħar allegazzjonijiet huma foloz, sostns Mizzi fi stqarrija, u Hearnville Inc m’għandha kont imkien. Dan jikkonfermawh awdituri indipendenti.
S’issa Daphne Caruana Galizia ma provdiet ebda evidenza għal dak li qed tgħid. Il-Ministru qal li diġà għamel libelli kontra Caruana Galizia u bi ħsiebu jibqa jieħu passi legali biex jiżgura li l-gideb li tgħid ikunu mwaqqfa legalment.