Erbatax-il persuna kienu arrestati mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga, assistiti mir-Rapid Intervention Unit, fil-jiem li għaddew wara li nstabu fil-pussess ta’ dawk li huma maħsuba li huma eroina, kokaina, ecstasy u kannabis.
Is-suspettati, kollha rġiel, għandhom bejn it-tmintax u l-erbgħin sena u kienu arrestati waqt sensiela ta’ tfittxijiet f’numru ta’ lokalitajiet, fosthom Saint Andrew’s, Paceville, Ħal Tarxien u ż-Żejtun, kif ukoll Għajnsielem, ix-Xewkija u s-Sannat.
Fis-sigħat li ġejjin mistennija jitressqu l-qorti żewġ ġuvintur, wieħed li nstab fil-pussess ta’ madwar tmien mitt pillola ecstasy u ieħor li rreżista l-arrest.
L-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.