Iċ-ċentru tal-Ewropa f’nofs ir-Rebbiegħa qed jerġa’ jesperjenza temp Xitwi hekk kif pajjiżi bħal Ġermanja, l-Polonja u l-Islovakkja reġa’ għandhom l-art miksija bajda bil-borra.
Parti kbira mir-Rumanija għandha temperaturi taħt iz-zero. L-Ukrajna tal-Lvant saħansitra hija miksija bi 30 ċentimetru borra li qed jaħbi s-sbuħija tal-fjuri fi żmien ir-Rebbiegħa.
L-Isvizzera ukoll hija miksija b’ 20 ċentimetru borra, borra u temperaturi baxxi li qed jinkwetaw lill-bdiewa u l-produtturi tal-inbid hekk kif normalment f’dan iż-żmien tas-sena jiproduċu aktar mis-soltu biex b’hekk ikunu jistgħu jippreparaw għax-Xitwa li ġejja.
Huwa mistenni li t-temp kiesaħ f’dawn il-pajjiżi jibqa’ jippersisti fil-ġimgħa li ġejja. F’pajjiżna minkejja li t-temperatura mhijiex baxxa, xorta waħda qed naraw temp differenti kull ġurnata. Bl-aħħar jiem kienu Sajfin, iżda llum reġa’ għandna temp bix-xita.