Il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil m’għandu ebda pożizzjoni fuq Manoel Island.
Mit-Times of Malta, Busuttil intalab jirreaġixxi għall-pjan tal-Midi, kif għamel il-Prim Ministru Joseph Muscat b’mod ċar. Anke l-organizazzjonijiet miġbura taħt l-għaqda Friends of Manoel Island u s-Sindku tal-Gżira esprimew opinjoni dwar il-pjan li tal-Midi għaż-żona.
Kien taħt amministrazzjoni Nazzjonalista li l-Midi ngħataw il-pussess ta’ Manoel Island. Fis-sena 2000 Midi ngħataw konċessjoni għall-art għal 99 sena, u l-pjan tal-Midi issa jafu kulħadd: jinkludi lukanda f’Manoel Island, ħwienet lussużi, appartamenti, u casino-hotel f’Lazzaretto.
Ta’ min jgħid ukoll li bħala parti mill-konsorzju Midi, hemm negozjanti magħrufa għall-appoġġ tagħhom lejn il-Partit Nazzjonalista.
Quddiem dan kollu, kif għamel drabi oħra, Simon Busuttil iddeċieda li ma jiddeċidix. Biex umbagħad, skont fejn jaqbillu, iqabbel.