Minn tal-inqas żewġ persuni tilfu ħajjithom wara li ntlaqtu minn tiri waqt protesti li saru kontra l-Gvern tal-President Nicolas Maduro fil-Venezwela.
Iż-żewġ persuni huma żagħżugħ li miet fil-kapital Caracas u mara li nqatlet f’San Cristobal, qrib il-fruntieri Kolombjani.
Kienu għexieren ta’ eluf li ħarġu fit-toroq jipprotestaw bl-għajta ewlenija tkun li jridu elezzjonijiet presidenzjali ġodda u kif ukoll li politikanti mill-oppożizzjoni jinħelsu mill-arrest.