It-trakk ta’ riċiklaġġ li lbieraħ inħakem minn nirien f’Ħal Qormi kien qed jgħamel xoghol ta’ ġbir ta’ metalli separati minn Bring In Sites operati mill-GreenPak.
X’aktarx xi persuna jew persuni rresponsabbli jew b’nuqqas ta’ ħsieb tefaw kontenituru tal-metal li kien fihom materjali splussivi jew li jieħu n-nar malajr. L-ewwel indikazzjoni juru li l-materjal kien tinner.
GreenPak qed tinvestiga, b’reazzjoni għall-aħbar li ttellgħet ilbieraħ fuq One.com.mt. Wissew li l-inċident seta’ kellu konsegwenzi ferm aktar koroh, speċjalment kieku t-trakk leħaq wasal fil-faċilità tar-riċiklaġġ ġewwa Sant Antnin u l-materjal ħa n-nar hemm.
Il-GreenPak ghalhekk qalet li qed tiġbed l-attenzjoni tal-pubbliku biex il-Bring In Sites jintużaw sew sabiex jiġu evitati inċidenti bħal dawn. Il-GreenPak fakkret li mhux permess li jintremew oġġeti jew sustanzi perikolużi fil-bins operati minnha. Fakkret ukoll li l-bins operati mill-koperattiva GreenPak għandhom jintużaw għal skart separat biss, jigifieri għall:ħġieġ, plastik, metal u karti/kartun.
Temmew billi qalu li ma huwiex permess li jintrememw materjali oħra jew mħallta fil-Bring In Sites.