Dan qalu l-Ministru Owen Bonnici meta flimkien mal-Ministru Edward Zammit Lewis indirizzaw konferenza tal-aħbarijiet fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista, issa li l-Partit Nazzjonalista talab lill-Qorti biex tiddetermina il-ksur tal-Kostituzzjoni.
Il-Ministru Edward Zammit Lewis iddeskriva l-iskandlu Pagi PN bħala ‘sitwazzjoni antipatika’, fejn għandek lil Simon Busuttil jgħid ħaġa imma jagħmel ħaġa oħra. L-ewwel isejħilhom flus maħmuġin dak li aċċetta mid-DB, imbagħad iżommhom. L-ewwel jgħid li m’għandux biża u se jiddefendi l-każ tiegħu, imma ftit jiem wara l-PN joħroġ stqarrija fejn jgħid li mhux se jmorru għand il-Kummissjoni Elettorali, iżda minflok se jmorru l-Qorti. Dan, qal Zammit Lewis, mhu xejn għajr dewmien. Il-Gvern mexa b’mod impekkabbli dwar il-liġi tal-finanzjament tal-partiti, b’differenza għal Simon Busuttil, li tant kien paladin ta’ trasparenza u gvernanza.
“Nisfida lil Simon Busuttil jippublika l-invoices. Nisfidah jgħid hemmx arranġamenti simili ma’ entitajiet oħra. Huwa Simon Busuttil li għandu x’jaħbi, għax min ma jibżax, imur għall-ġudizzju u mhux jaħarbu” tenna Edward Zammit Lewis.
Il-Ministru Owen Bonniċi qal li min għandu x’jaħbi jara kif jagħmel u jevita ġudizzju. Stqarr li dak li għadu kif ħabbar il-PN illum huwa serju ħafna. Ftit ilu Busuttil qal li kien se jitla’ quddiem il-Kummissjoni Ewropea biex jiddefedni l-każ tiegħu għax m’għamel xejn ħażin. Simon Busuttil kien qal li m’hemm xejn x’jaħbi.
Iżda llum il-Partit Nazzjonalista qed jgħid li se jagħmel kawża biex jattakka l-Kummissjoni Elettorali. “Min m’għandux x’jaħbi” qal Bonnici “ma jmurx jattakka lil min irid jinvestigah. Allura bilfors iqumu numru ta domandi”.
Għaliex ftit ilu qal li dawn il-flus kien se jirritornahom iżda mbagħad qal li se jżommhom? Jekk ħżiena, jibqgħu ħżiena.
Għaliex uża l-Kummissjoni Ewropea biex attakka lill-Partit Laburista, imma meta tinvestiga lilu, imur jagħmel kawżi l-Qorti u jattakaha?
Għaliex Simon Busuttil ried tant it-trasparentza umbagħad għandu ċedoli sigrieti u invoices foloz?
Meta tara dawn l-affarijiet, osserva l-Minsitru Bonnici, tistaqasi jekk apparti DB Group hemmx kumpaniji illegali oħra b’rabta mal-PN. Tistaqsi kekk m’għandux x’jaħbi, għaliex ma jippubblikax l-invoices?