Blogger Awstraljana li b’mod qarrieqi qalet li għandha kanċer qed taffaċċja azzjoni legali. Belle Gibson saret famuża fl-Awstralja wara li qalet li rnexxielha tiġġieled il-kanċer permezz ta’ soluzzjonijiet naturali, minflok mediċina.
Hija kienet il-moħħ wara app ta’ suċċess u ktieb tar-riċetti, iżda ftit wara kellha tammetti li l-istorja li għandha kanċer f’moħħha hija kollha gidba.
Il-fama ta’ Belle Gibson ġibdet l-attenzjoni tal-awtorità tal-affarijiet tal-konsumaturi ta’ Victoria. Dawn wettqu investigazzjoni fir-reqqa dwar l-attivitajiet tagħha u sabu li l-flus li kienet tiġġenera minn xogħolha mhux vera kien imur għand il-karità, kif kienet tgħid li jagħmel. Hija kienet tiġbor ħafna donazzjonijiet billi tgħid li parti mill-profitt jgħin diversi għaqdiet.
Issa l-każ se jitressaq quddiem il-Qorti tal-Awstralja.