Villaġġ żgħir f’Newfoundland fil-Kanada, saret post turistiku mil-lejl għan-nhar, grazzi għal viżitatur ġdid – l-ewwel ajsberg għal dan l-istaġun.
Tul tmiem il-ġimgħa tal-Għid, ix-xatt ta’ Ferryland kien invażat bin-nies, b’bosta minnhom ikunu fotografi kemm professjonali u kif ukoll le. Dan sabiex jiġbdu ritratt ta’ din l-ajsberg li kienet kbira ftit mhux ħażin.
Din mhux l-ewwel darba li l-istess żona rat ajsberg ta’ dan it-tip, dan hekk kif tul dan l-istaġun hu mistenni li jargħu numru ta’ ajsbergs li jimxu mal-kurrent mill-oċean Artiku. Iżda għalkemm normalment dawn l-ajsberg idumu sal-bidu tas-Sajf biex jispiċċaw fix-xejn, x’aktarx, din id-darba din l-ajsberg se tkun qed iddum ferm iktar, dan minħabba għax hi ferm ikbar minn oħrajn.