Ċisterni li jinsabu taħt il-Palazz tal-Arċisqof se jinfetħu waqt il-Valletta Green Festival li se jsir mill-25 sat-30 ta’ April.
L-għerien ta’ taħt l-art fihom ilma ġieri li ilu għaddej minn qabel ma nbniet il-Belt Valletta u għadu jiġri sal-lum.
Iċ-ċisterni, flimkien mal-ġnien tal-Palazz tal-Arċisqof u l-ġnien tal-Monsateru ta’ Santa Katerina, se jkunu miftuħin fi tmiem il-ġimgħa tal-festival, mit-28 sat-30 ta’ April, bejn id-9am u nofsinhar u bejn l-4pm u s-7pm.