Fil-programm tal-lejla, apparti l-avventura iebsa li l-parteċipanti qed jgħaddu minnha, Andrea Cassar se tkun qed tiżvela l-akbar sigriet li ilha titkellem dwaru tul dawn l-aħħar ġimgħat. S’issa ħadd mill-parteċipanti ma kellu idea li se jkun hemm sorpriża, u għalhekk wisq anqas jimmaġinaw x’se tkun din is-sorpriża.
Fil-programmi li għaddew, Andrea semmiet li din hija relatata ma persuna li mhijiex waħda mill-parteċipanti. Żvelat ukoll li kulħadd jaf min hi din il-persuna. Liquorish se jżomm kollox mistur sal-programm tal-lejla. It-telespettaturi se jkunu dawk li jiskopru qabel ma Liquorish finalment jgħaddi din l-informazzjoni lill-parteċipanti.
Waqt il-programm se jkun hemm filmat li jixxandar l-ewwel fuq il-paġna ta’ facebook ta’ Liquorish u aktar tard, jixxandar waqt il-programm.
ONE.COM.MT għandu informazzjoni li dalwaqt se jsiru l-ewwel eliminazzjonijiet ta’ din l-avventura fejn il-parteċipanti se jiġu mitluba jivvutaw lil xulxin biex xi persuni minnhom jibdew it-triq lura lejn Malta. Dan kollu se jsir fil-programm li jmiss hekk kif il-parteċipanti jaslu fil-belt kapitali. Il-vjaġġ lejn Manila se jkun wieħed diffiċli li jieħu ħafna siegħat. Fit-triq il-parteċipanti jistgħu jieklu minn dak li lesti li jtuhom b’xejn in-nies tal-lokal.
Liquorish ikompli illejla fit-20:30 fuq ONE.