Għadd ta’ pilloli ta’ l-uġiegħ kienu nstabu fir-residenza tal-kantant famuz mondjali, Prince, ftit wara mewtu s-sena l-oħra, dan skont x’intqal f’dokumenti li ġew ippreżentati fil-Qorti.
Numru minn dawn il-pilloli kellu preskrizzjoni għalihom, iżda mhux fuq ismu. Il-preskrizzjoni kienet imniżżla fuq isem persuni oħra.
Iżda d-dokumenti ppreżentati ma joffru l-ebda evidenza ta’ min kien is-sors tal-fentanyl, il-pilloli li kkawżaw il-mewt ta’ dan il-kantant fil-21 ta’ April tal-2016.
Esperti fil-qasam tal-mediċina kkonkludew li l-artist miet b’aċċident kawża ta’ overdose.
Ħadd ma ġie akkużat bil-qtil ta’ Prince, li miet fl-età ta’ 57 sena.