Sa ftit tal-jiem ilu qtates li jinsabu abbandunati fid-dar tal-annimali Etobicoke Humane Society f’Ontario kienu qed jorqdu fil-kesħa mal-art.
Dan kollu inbidel hekk kif il-kumpanija IKEA tat bħala donazzjoni għaxar sodod tal-pupi lill-qtates abbandunati u $300 f’kontribuzzjonijiet għal ħajja aħjar għal dawn il-qtates.
“L-art vera faċli biex innaddfuha iżda mhix komda biex jorqdu. Issa l-qtates se jkollhom il-kumdità li jorqdu f’sodod komdi,” sostna hekk kelliem għad-dar tal-annimali abbandunati.