Anzjan ta’ 67 sena rnexxilu jibqa ħaj billi żamm ma’ xkora dqiq. Dan meta d-dgħajsa li kien fuqha flimkien ma grupp ta’ persuni oħra għerqet f’Lake Malawi.
Graciam Kondowe kien fost il-54 passiġġier li l-Pulizija salvaw wara li d-dgħajsa li kienu fuqha nqalbet bihom f’wieħed mill-ikbar xmajjar tal-Afrika, kawża tal-maltemp.
Ħames persuni tilfu ħajjithom filwaqt li ħdax-il persuna għadhom irrapportati nieqsa. Fuq id-dgħajsa kien hemm persuni li kienu qed jirritornaw lura miċ-ċelebrazzjonjiet tal-Għid.