Anzjan Taljan ta’ disgħa u sittin sena ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest wara li tressaq il-Qorti akkużat li kkorrompa tifla t’erbatax–il sena fil-garaxx tiegħu f’San Pawl il-Baħar.
L-allegat każ seħħ is-Sibt filgħodu, meta l-anzjan sforza lit-tifla Ungeriża biex tagħmel atti sesswali.
Hija ħarbet minn fuq il-post u l-ġenituri tagħha nfurmaw lill-Pulizija; b’dawn tal-aħħar arrestaw lis-suspettat.
Fil-Qorti, l-anzjan qal li l-atti sesswali kienu kunsenswali, u li t-tifla qaltlu li ma kinitx taħt l-età.
Il-Qorti ddeċidiet li żżomm lill-anzjan arrestat biex minbarra li tkun protetta t-tifla, ma jkunux avviċinati x-xhieda.