Waqt konferenza tal-aħbarijiet indirizzata mid-Deputat Mexxej tal-Affariiet tal-Partit Laburista, Chris Cardona, intqal li l-ġid li qed joħloq dan il-Gvern qed jitwassal fil-faxex l-aktar vulnerabbli fis-soċjetà.
Permezz ta’ preżentazzjoni, il-Ministru Cardona rrefera għall-ispiża kapitali li l-Gvern għamel fi tliet setturi ewlenija; is-settur soċjali, tas-saħħa u l-edukazzjoni.
Filwaqt li mqabbla mal-amminsitrazzjoni preċedenti, din l-amministrazzjoni rreġistrat żieda qawwija fl-ispiża kapitali, Simon Busuttil qed jikkritika din iż-żieda f’setturi tant importanti għall-pajjiżna.
Il-Ministru Cardona qal li l-mistoqsija tiġi waħedha, x’se jaqta’ Simon Busuttil?
[pdf-embedder url=”http://www.one.com.mt/wp-content/uploads/2017/04/PL-PRESENTATION.pdf” title=”PL PRESENTATION”]