Minn tal-inqas tnax-il persuna soffrew ħruq wara suspettat attakk bl-aċtu li seħħ fi klabb fil-Lvant ta’ Londra.
Il-protezzjoni ċivili ta’ Londra qalet li sustanza mhux magħrufa imma li hija aċiduża qawwija u korrusiva intefgħet f’dan il-post.
Il-pulizija qalet li għaxra minn dawk affettwati ttieħdu l-isptar b’ambulanza filwaqt li tnejn oħra qed isofru minn ġrieħi li huma ta’ theddida għal ħajjithom.
Huma mifhum li mas-sitt mitt persuna kienu preżenti f’dan il-klabb ta’ divertiment qabel ma ġie evakwat.
Sa issa għadhom ma saru l-ebda arresti b’rabta mal-każ u l-uffiċjali tal-pulizija qed ikomplu jinvestigaw.