Ġlieda fil-venda ta’ tal-linja tal-Belt Valletta wasslet biex xufier ittieħed l-isptar Mater Dei għall-kura. Ix-xufier ta’ 40 sena kellu argument ma’ raġel ieħor, ta’ 27 sena.
Dawn kienu diġà argumentaw qabel, iżda din id-darba ltaqgħu fejn il-gabbani tal-Belt Valletta għall-ħabta tat-tmienja u nofs ta’ filgħaxija u reġgħu qabdu jargumentaw.
B’xorti tajba x-xufier li ndarab sofra biss ġrieħi ħfief.