Waħda mill-ixjaħ nies li nafu bihom madwar id-dinja mietet fl-età ta’ 117 sena. Emma Morano twieldet fid-29 ta’ Novembru tal-1899, fil-belt Verbania, li tinsab ir-tramuntana tal-pajjiż. Hija kienet tgħid li s-sigrieti għal ħajja twila huma l-ġenetika u dieta ta’ tliet bajdiet kuljum, tnejn minnhom nejjin. Infatti ommha għexet sakemm kellha 91 sena.
Morano kienet l-ixjeħ fost tmien aħwa, li lkoll għexet aktar minnhom. Hija mhux biss baqgħat ħajja matul tliet sekli, imma għaddiet minn żwieġ abbużiv, tilfet lill-unika iben li kellha, għaddiet minn żewġ gwerer dinjija u rat aktar minn 90 Gvern Taljan.