Wara nuqqas ta’ 18-il sena, il-Kalkarizi jerġgħu jiċċellebraw Ħadd il-Għid b’dimostrazzjoni bil-vara ta’ Kristu rxoxt mat-toroq tar-raħal pittoresk tal-Kalkara.
Il-vara msawwra minn idejn l-iskultru u statwarju Alfred Camilleri Cauchi hija propjeta’ tal-Għaqda mużikali San Ġuzepp, liema għaqda li fi ħdanha nsibu l-Banda San Ġuzepp li din is-sena qed tiċċellebra it-tletin sena mit-twaqqif tagħha, u l-anniversarju mit-twaqqif tal-ewwel banda fir-raħal tal-Kalkara.
Il-Banda San Ġuzepp, ser tkun qed takkumpanja l-vara ta’ Kristu Rxoxt tal-Kalkara b’dimostrazzjoni li tibda fis-6:30pm.
Ir-ritorn ta’ din id-dimostrazzjoni f’Ħadd il-Għid intlaqgħet tajjeb mill-Kalkariżi, li għal dawn l-aħħar snin kienu mċaħħda milli jiċċellebraw b’dimostrazzjoni bil-vara artistika ta’ Camilleri Cuachi. Aħbar li l-Kalkariżi jitammaw li sservi ta’ futur isbaħ għaċ-ċelebrazzjoni tal-Għid f’dan ir-raħal.