Suċċess ieħor fil-waterpolo lokali hekk kif it-tim nazzjonali ta’ taħt il-19-il sena rnexxielu jikkwalifika għat-tieni darba għall-Kampjonati Ewropej li ser isiru fl-Olanda f’Settembru li ġej.
Dalgħodu t-tim Malti rebaħ 11 b’4 kontra l-Bulgarija f’logħba oħra mill-fażi ta’ kwalfikazzjoni tal-gruppi.
Malta bdiet b’telfa kontra l-Ġermanja, iżda rebħet it-tieni logħba kontra l-Ukrajna u t-tielet logħba kontra s-Slovenja qabel mal-lum Malta rebħet kontra l-Bulgarija.
Malta rebħet is-sessjonijiet kollha – 2 – 1, 3 – 2, 3 – 0 u 3 – 1.
L-aħjar skorer għal Malta kien il-captain Nicky Bugelli bi tliet gowls.