Sewwieq ta’ mutur sofra grieħi ħfief wara inċident f’Bormla. Dan seħħ għall-ħabta tal-għaxra dalgħodu fi Triq San Ġwann t’Għuxa, meta kien hemm impatt bejn mutur Honda misjuq minn ragel ta’ 51 sena mill-Birgu u karozza Subaru Impreza misjuqa minn raġel ta’ 35 sena mill-Belt Valletta.
Is-sewwieq tal-mutur ittieħed l-isptar Mater Dei għall-kura iżda sofra biss griehi ħfief filwaqt li s-sewwieq tal-karozza ma sofra l-ebda grieħi.