L-Uzbekistan qal li wissa lill-pajjiżi tal-punent li r-raġel akkużat li għamel l-attakk terroristiku fi Stokkolma kien reklutat mill-Istat Iżlamiku wara li telaq minn pajjiżu fl-2014.
Il-Ministru għall-affarijiet barranin, Abdulaziz Kamilov, qal li informazzjoni dwar Rakhmat Akilov kienet ingħatat lil pajjiżi tal-Punent biex l-Iżvedja tkun infurmata. Huwa rari li l-awtoritajiet tal-Uzbekistan joħorġu dawn it-tip ta’ dettalji. Akilov ammetta l-akkużi miġjuba kontrih. Is-servizzi tas-sigurtà fl-Uzbekistan ma kkonfermawx li kienu ingħataw informazzjoni mill-awtoritajiet tal-Uzbekistan.
Akilov ta’ 39 sena, telaq mill-Uzbekistan lejn l-Iżvedzja fl-2014. L-applikazzjoni għar-residenza tiegħu ġiet rifjutata mill-awtoritajiet Żvediżi u ngħata erba’ ġimgħat biex jitlaq mill-pajjiż. Aħbar li waslet lil Akilov biex jisparixxi minn għajn il-pubbliku. Ftit ħin wara l-attakk tal-Ġimgħa huwa ġie arrestat u kkonferma li kien wettaq attakk terroristiku.
F’dan l-attakk mietu erba’ persuni meta trakk saq għal fuq stabbiliment f’waħda mill-iktar toroq li tara nies, Drottninggatan.