Franċiż ta’ għoxrin sena waqa’ tliet sulari u kellu jittella mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, f’inċident li seħħ Kemmuna.
Iż-żagħżugħ kien qed iżur il-gżira ma’ sħabu meta waqa’ fi spiera għall-ħabta tas-siegħa u nofs ta’ wara nofsinhar. Iż-żagħżugħ ittella’ siegħa wara li waqa’ u ttieħed lejn l-Isptar Ġenerali t’Għawdex.