Il-Partit Laburista qal li ladarba l-Partit Nazzjonalista qed jgħid li Egrant qegħdha f’likwidazzjoni, suppost jaf min qed jillikwidaha.
Fi stqarrija l-Partit Laburista qal li l-PN għandu jippubblika l-isem tas-sid, li suppost għandu, la jaf li qed tiġi likwidata, minflok jipprova jerġa’ jigdeb fuq storja li fuqha ġie mgiddeb bil-fatti
U la qegħdin fiha, tgħid l-istqarrija, għandu jippubblika ukoll l-invoices foloz li Simon Busuttil ordna li jinħarġu biex jaħbi donazzjonijiet illegali mill-privat.