Il-Kap tal-Oppożizzjoni kien mistoqsi fuq il-ftehim bejn il-Partit Nazzjonalista u l-Partit Demokratiku, li d-dettalji tiegħu tħabbru mill-membri tal-PD.
Iżda, Simon Busutti ma riedx jikkummenta dwaru. Qal li jikkummenta meta jkunu ffinalizzati t-taħdidiet, anke jekk il-ġurnalisti ġibdu l-attenzjoni li Marlene Farrugia tkellmet fuq ftehim lest.
“Done deal,” kienet il-kelma li ntużat filwaqt li meta mitlub iktar dettalji telaq. Din l-attitudni Simon Busuttil kellu joħodha wara r-rabja kbira li nħolqot fil-grupp parlamentari nazzjonalista wara li sar magħruf li l-kandidati tal-PD se jkunu fuq l-istess lista tal-Partit Nazzjonalista mingħajr ħadd fil-partit ma kien mgħarraf.
F’artiklu fil-gazzetti ngħataw dettalji iktar minn hekk u Busuttil qed jirrifjuta li jitkellem dwarhom biex jipprova jikkonvinċi lil nies fil-PN li mhux kollox konkluż.