Dalgħodu għall-ħabta tas-6.00, il-Pulizija tal-Immigrazzjoni mgħejjuna mill-Pulizija tad-Distrett flimkien mal-Pulizija tal-RIU, għamlu eżerċizzju fl-inħawi tal-Marsa sabiex jidentifikaw immigranti li setgħu instabu fuq il-post.
Primarjament l-iskop ta’ dan l-eżerċizzju kien sabiex jiġi żgurat li dawn l-immigranti jinsabu f’Malta b’mod regolari.
Id-dokumenti li ġew ippreżentati lil Pulizija ser jiġu kollha verifikati sabiex jitneħħa kull dubju li jista jkun hemm xi falsifikazzjoni. Aktar dettalji jingħataw iktar tard illum.