L-Aġenzija dwar l-Infurzar Lokali (LESA), tħabbar li l-mekkaniżmu ta’ tolleranza ta’ 10% se jkun estiż fuq l-ispeed camera tas-Siġġiewi, b’effett mil-lum fil-ħamsa ta’ filgħaxija. Din id-deċizjoni ttieħdet wara laqgħa ta’ konsultazzjoni li sejħet l-Aġenzija dwar l-Infurzar Lokali stess mas-Sindku tal-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi.
L-Aġenzija LESA hija sodisfatta li minn mindu twaħħlet l-ispeed camera fis-Siġġiewi x-xahar li għadda fuq talba tal-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi, żdiedet is-sigurtà fit-toroq . L-Aġenzija tappella wkoll lis-sewwieqa kollha biex isuqu b’attenzjoni għas-sigurtà tagħhom u ta’ kull min juża t-triq.
Kull min għandu xi diffikultà jista’ jagħmel kuntatt mal-Aġenzija fuq in-numru 22474400 fil-ħinijiet tal-uffiċċju biex jingħata l-assistenza meħtieġa.