Hekk kif fadal ġimgħa sabiex tagħlaq is-sejħa għal applikazzjonijiet ta’ kuntistabbli tal-Pulizija, Alicia Scicluna u Andrew Grech, pulizija u atleti jħeġġu lil dawk li jħobbu x-xogħol pulizjesk u l-isports sabiex japplikaw.
Alicia Scicluna tgħid li hija pulizija u weightlifter u fil-ġimgħat li ġejjin se tikkompeti fil-kompetizzjoni internazzjonali tal-pajjiżi żgħar. Hija intitulata għall-ispecial leave.
Andrew Grech jgħid li huwa pulizija u atleta. Ġie l-ewwel malti fil-maratona ta’ Malta ta’ din is-sena u jgawdi mis-sistema tal-flexi training.
It-tnejn jappellaw li jekk hawn żgħażagħ li jinteressahom l-isports u x-xogħol tal-Pulizija, jistgħu jkunu bħalhom.