Il-Ministru għall-iżvilupp sostenibbli, l-ambjent u t-tibdil fil-klima, Josè Herrera, ħabbar li bħala Membru Parlamentari u fuq inizjattiva personali, irrakkomanda żewġ siti biex ikunu kkonsidrati bħala dominju pubbliku.
Dawn huma l-park naturali tal-Inwadar u Wied Għomor, li jinsab bejn Swieqi u San Ġwann.
Fi stqarrija l-Ministru Herrera qal li l-applikazzjonijiet se jkunu taħt l-iskrutinu tal-Awtorità tal-Ippjanar, u dawk approvati se jkunu diskussi fil-Parlament.
L-applikazzjonijiet jinkludu postijiet oħra, elenkati fl-istqarrija.