Il-filmat ta’ dan l-inċident li seħħ fl-istat tal-Utah fl-Istati Uniti juri raġel jiġi maqtul mill-pulizija b’arma li kien qed iżomm hu stess. Il-pulizija ġiet imsejħa fuq suspetti dwar din il-persuna bl-isem ta’ Nicholas Sanchez.
Jidher li meta l-pulizija marru jinvestigaw u talbuh biex javviċinhom ħalli jsaqsuh xi mistoqsijiet, ma kkollaborax mill-ewwel. Kif resaq lejhom għolla l-flok u kixef li kellu arma. Hekk kif raw din l-arma l-pulizija ġrew warajh u qatluh bl-arma tiegħu stess.
Il-pulizija f’dan il-filmat inħarġu fuq leave sakhemm issir iktar investigazzjoni.