Illum għall-ħabta tal-ħdax nieqes għaxra, il-Pulizija t’Għawdex ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha ġewwa Marsalforn, Għawdex.
Mara Ingliża ta’ 44 sena, sabet ruħha f’diffikultà waqt li kienet qiegħda togħdos u ttelgħet l-art minn xi nies li kien hemm fil-qrib.
Il-mara ngħatat l-ewwel għajnuna sakemm waslet l-ambulanza, iżda ġiet ċertifikata mejta fuq il-post.
Bil-każ ġie infurmat il-Maġistrat tal-Għassa Dr P Coppini LL.D li ordna li ssir inkjesta u ħatar diversi esperti sabiex jassistuh.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.