Żewġ adulti u tifel mietu waqt sparaturi fi skola primarja f’San Bernardino, California.
L-agressur spara tiri lejn u qatel lill-eks martu, li kienet għalliema. Hu u jagħmel dan, darab żewġt’itfal li kienu wara l-mara, b’konsegwenza li wieħed minnhom miet minħabba l-feriti. Dan huwa ċ-ċkejken Jonathan Martinez, ta’ tmien snin. Wara, r-raġel spara lejh innifsu.
Dan kollu ġara għall-ħabta tal-għaxra u nofs ta’ filgħodu ħin lokali. Il-qattiel huwa Cedric Anderson ta’ 53 sena, u rnexxilu jidħol l-iskola bħala viżitatur, filwaqt li żamm l-arma moħbija. Fil-klassi kien hemm ħmistax-il tifel u tifla bi bżonnijiet speċjali.